Wednesday 4 December 2019

Image result for advent


X’Nagħmlu Meta Joqrob Il-Milied.

X’nagħmlu meta joqrob il-Milied?
Meta qlubna jkunu mtaqqla bid-dwejjaq
U bit-toqol tal-imgħoddi?
Xħin nilmaħ lilek ngħid bejni u bejn ruħi
Int tiswa’ daqs il-poeżija
Li nsejt li kelli nikteb
Bħat trab li jtir mar-riħ
Ir-riefnu li jġorr il-weraq
Id-degħxa
Il-ħsibijiet li jirkbu dahar il-friefet
Bħaż-żnażen li jerdgħu il-ward
U mbagħad nistaqsi lili nnifsi
Dak li ridt ngħid
Mil-liema lewn minn tal-qawsalla
Tnissel?
Jonqosni sħaba kien nitla’ fuqha
U nħossni mġedded bħal qaddisin
Biex lanqas nemmen dak li ħadd ma ġarrab
U li għal ħajti kollha ttamajt fih
Jew nirkeb bastiment spazjali
U hekk lanqas int ma bqajt tarani.

Alfred Grech
04/12/2019

No comments:

Post a Comment