Monday 17 August 2020

 The Wrath of God: How to Survive - Life, Hope & Truth

Dawk li Jittajjru Fil-Għoli.

 

Dawk li jittajjru fil-għoli

Jinħaknmu mill-qilla tal-allat

Iżd’issa ntebħu li xejn mhu xejn

U kollox kien duħħan.

 

Issa joqgħodu jnewwħu

U jitkarrbu l-karita’

Għax issa d-dinja waqfet

U żmien sar demel.

 

Aħna li qatt ma tlajna fil-għoli

Bottin tal-kaċċaturi

Iżda dejjem emminna

Li l-fuq mis-sħab mhux postna.

 

Aħna li qatt ma tlajna fl-għoli

Ħsibtna li nogħlew ’l-fuq mis-sħab

Biex inderru mill ennui ta’ kulljum.

 

Alfred Grech

17/08/2020.

No comments:

Post a Comment