Monday 29 April 2019


Related image

Aħjar il-Ħolm.

Aħjar il-ħolm bla ma tipprova  tbiddel
Dak li titfagħlek ma saqajk il-ħajja,
Aħjar kastelli tibni fuq ir-ramel
Milli b’idejk tipprova s-sema tilħaq
Għaliex is-sema jibqa’ hemm fejn qiegħed
U l-ħsibijiet bħal mewġ imorru u jiġu.
Int mingħalik li tista’ tkun l-imħabba
Iġġiegħele tagħmel dak li ma tridx tagħmel
Jew leħen li jsejjaħlek u trid tara
Minn fejn hu ġej. Hekk kienet u minn dejjem.
Int qbadt it-triq li qbadt għax b’fidi tajba,
Mingħajr ma taf fejn għad din tista’ twasslet,
Jekk hux fit tarf, jekk hux l-infern inkella
X’imkien ieħor, jew ġo deżert il-ħajja
Fejn ħadd u xejn ma jagħmel sens u tibqa’
F’dawk l-inħawi fejn għadu ħadd ma wasal.
Int tista’ tkompli tgħix ukoll misteru
Jien nibqa’ hawnhekk mistoħbi wara l-qamar.

Alfred Grech.
29/04/2019

No comments:

Post a Comment