Monday 22 April 2019


Related image

Fejn Se Nsibu L-Ażil.

Fejn se nsibut l-ażil minn dil-burraxka
Minn dat-tħarbit, tifrik tal-kampanja tagħna
Ta’ bini tiela’ mingħajr rażan
Mhux biex biex jaqdi l-ħtiġiejiet tagħna l-Maltin
Iżda biex ikabbar il-ħażna ta’ min għandu bil-wisq aktar
Milli fih jiflaħ u fiħ jifġa’.
 Ħanqa ta’ ħmar dan tagħna li mhu ser tgħola mkien

Fejn se nsibuħ l-ażil minn din l-ipokresija
Ta’ min jiftaħar b’dal proġress
Fit-tidwir ta’ roti tal ġigġifogu
Fin-nefħa ta’ bużżieqa li ma tinfaqa’ qatt.

Fejn se nsibu ażil minn min
Jibbmbardjana ta’ kulljum bil-ħrejjef
Uli jbiddel il-kuluri u jagħmel dak li jrid
Għax hekk tiddetta l-etika tar-realpolitik?

Fejn se nsibuħ l-ażil minn dak il-ħtif feroċi
Ta’ nisa verġni, tat-tfal innoċenti 
Ta’ min m’ghandux għaxja ta’ lejla?

Intom Maltin li moħħkom biex tiddramatżżiaw
U tqajmu l-mejtin mill-qabar,
Ittennu l-miti u l-għanqbut tal-imgħoddi,
Meta ser tqumu min-nagħsa u tistembħu?

Alfred Grech
22/04/2019

No comments:

Post a Comment