Friday 10 May 2019


Related image

U t-Tgnejn Li Aħna Bdejna Ngħumu.

Imqar waqajti fl-abbiss u r-riħa differenti
Ħassejt l-irwieħ taż-żiffa għaddejja
Kull pass magħmul ħażin
Pass falz; x’għamilt b’idejja?
L-iħirsa jbeżżgħuni
Is-solitudni tiekol minni.
Jien ridt inkebbes nar li jlellex
U qatt ma ħlomt x’ser jiġri minni.

Fil-kefen tad-dlam
Immiss b’idejja l-għarfien tiegħek
Ngħum f’wiċċ tal-ilma ġieri
Mal-petali li waqgħu
Iżda qatt ma nogħdos sew
Għalkemm għodosna kemm il-darba
Biex nillargaw lilhinn
Minn dak li qiegħed jiġri.

Qed ngħumu fl-ilma fond
Fejn ma tegħereqx biss jekk tibla’ l-ilma.
Tegħeq biss ‘kk ma żżomx fil-wiċċ. . .
U t-tnejn li aħna bdejna ngħumu.

Alfred Grech
10/05/2019.

No comments:

Post a Comment