Saturday 15 October 2016



Int Lanqas Biss Tiftakar.

Int lanqas biss tiftakar, il-kliem ta’ dak il-ħin,
Intlift fis-sensazzjoni, tagħmilha tal-ħanin.
Intlift fin-narrattiva, intlift fil-kurżita’,
U lanqas bqajt tiftakar, id-dehen u l-abbilta’.
Ridt biss taqbila tisma’, li żżommok fuq ix-xwiek,
Hemmhekk ma stajtx insibek; hemmhekk kien fejn tlifniek.
Ma bqajtx int tgħożż il-kelma, ma fhimtx il-ferħ ta’ ġenn,
l-ilwien, ir-ritmu, r-rima, u r-ruh fejn trid tistkenn.
Bħal għuda fuq wiċċ l-ilma, tinġarr ma kull kurrent,
U bqajt għan-niżla’ nieżel; tagħllimt kull vers bl-amment.

Alfred Grech

15/10/2016 

No comments:

Post a Comment