Saturday 29 July 2017



Ħawnhekk.

Hawnhekk jien niġi biex nitkellem miegħek,
Inkella naħseb dak li taħseb inti,
Jien nikteb dak li tfesfes int f’widnejja,
U niġi nfittxek f’dat-triqat minsija.
Mnejn dari kienu jagħattu l-karrettuni
Il-mogħoż u n-nagħaġ u l-annimali ġwejjda,
Fejn ebda ħoss tal-bniedem ma jinstema’,
Għajr grillu mbiegħed solitarju jsaffar.
Il-lejla tibki s-solitudni tagħħha
Qalb is-sqaqien li mkien mhu ser iwasslu;
Matul it-toroq jidwi ħsejjes qodma
Bibien, arkati twieqi bil-persjani.
Warajhom ebda widna ma tissemma’
U l-ebda għajn moħbija mhu qed tara.
Fil-fewġa kiesħa ta’ riħ fuq inixxef
Il-ħwejjeġ fuq il-pereċ lanqas jidhru.
Nistħajjel li qiegħeda hawn int mistoħbija,
Fil-qamar felli jibki t-telfa tiegħu,
Jistaħba wara s-sħab u jerġa’ jidher
Inkella qalb il-kwioekeb li jittawlu,
U jwieġħdu nostalġija f’sema minsi.
Int tibqa ma tidhirx u mank titniffes
Jien noħlom li fis-sħab qed nara wiċċek.

Alfred grech

29/07/2017

No comments:

Post a Comment