Wednesday 26 July 2017





GĦALFEJN QED TAGĦĠĠEL

Għalfejn qed tgħaġġel. Għad naslu xorta waħda. Hekk jew hekk iż-żmien mintix se ġġebbdu; lanqas se tqassru. Is-seħer fl-rtibija tiegħek hu qawwi daqs kemm taħbat tkun qribi. Kull ċaqlieqa ta’ ġismek tirradja tqanqila ġdida. U kull kelma li toħroġ minn fommok ittenni dak kollu li jgħaddi mingħalija.

U nerġa’ nibda nagħraf lili nnifsi, xħin int tinbidel f’xewqa. Jekk int ma tintebaħx, jekk int ma taqranix ma tista’ qatt tifhimni. Jien ngħaġġel, ma ngħaġġilx għax din il-mixja tista’ ttul imqar sa għada u jiena u int nistgħu ngħaddu ż-żmien kollu intennti l-passi.

U hekk nibdew ninsew fejn konna bdejna, xħin nintelqu għaż-żiffa bħal weraq tal-ħarifa. Xħin ngħixu s-skiet nibdew nifhmu aħjar aħna min aħna. Imbagħad tifhem aħjar x’hinija l-ħemda u tirrispetta l-bogħod li hemm jifridna, is-skiet li jien ninħtieġ.

Jien noqgħod nilgħab b’dak li jista’ jkun bħal min jivvinta d-dellijiet waqt li nkun miexi biex mingħalija nkun qed noħloq lilek, inti li qatt ma kont.


Alfred Grech

26/07/2017

No comments:

Post a Comment