Tuesday 25 July 2017



TASSEW TINSAB IL-BOGĦOD.

Tassew tinsab il-boġħod
Minn kif naħsibha jiena,
U dak li qed intenni
Tgergir ta’ ruħ għajjiena.

Noqorbu, mbagħad nitbiegħedu
U nsibu kif inbdilna
Int tibqa’ tgħid li tħobbni
U nagħmlu kif jiftlilna.

Inti tinsab il-bogħod
Imqar jekk taħseb għadek
Li qiegħeda bieb ma bieb
Ġo ħoġri għax l-imbid ħadek.

Għax jien fl-aħħar mill-aħħar,
Jien ngħid li lanqas nafek,
Dak li xi darba rtbaħna
Kien hawn, ħaduh ix-xjafek.

Alfred Grech

25/07/2017

No comments:

Post a Comment