Monday 24 July 2017



Kull Meta.

Kull meta nisma’ kelma tqila u twila
Bħal donnha ħarġet minn ġuf l-infinit
Jien nibda naqra l-ħsieb li għandek f’moħħok
Fis-sħana u ħedla ta’ das-sajf imqit.

Int tibda’tħares fiss  fi ħbub għajnejja
Ir-rima tiġi w’ħedha sa ma r-ritmu jfur
U nibqa’ negħereq f’baħar ta’ bla xefaq
Interraq il quddiem mingħajr ma ndur.

Kull meta nibda bħal fil-lehma mqanqal
Għaliex trid toħroġ bla ma tkun l-istess
Il-karba u jiena xejn nista’ ma nagħmel
Ħlief niftaħ il-bieb beraħ tal-ingress.

Alfred grech
24/07/2017

No comments:

Post a Comment