Wednesday 17 August 2016



Il-Ħajja Fossa.

Il-ħajja fossa kbira t’ilma qiegħed
Folla ta’ nies li lanqas mhi qiegħda hawn.
Dak li nistaqsu llum staqsejna ‘l-bieraħ,
U llum insejna dak li kellu jkun.

Il-ħajja qed timbotta minn kull naħħa,
Titfana l-isfel jew tifana ’l-fuq.
Ma nafx għaliex tlajnieha din it-telgħa,
Għax rajna lill-oħrajna: hekk għandu jkun.

Il-ħajja narrattiva fiha nfisha,
Għal-lum ma jimpurtax jekk nieqfu hawn,
Għada nibdluh biex nagħmlu l-istess ħaġa,
Dak li għamilna llum.

Alfred Grech

17-08-2016

No comments:

Post a Comment