Wednesday 10 August 2016




Niġi ’l-Hawn Jekk Niġi Bżonn.

Jekk inħares ġewwa l-mera
Tgħidu kemm jien vanituż,
Jekk ngħidilkom jien x’qed naħseb
Tgħidu kemm jien prużuntuż.

Jekk jien nobdi bla ma ngerger
Tgħidu: Laqgħqi u ma jiswiex,
Jekk nimmuta u ma mgħidx kelma
Tridu tafu dan għaliex.

Kull kif nagħmel qatt ma nogħoġob,
Sew fid-daħk u sew fl-ilfieq,
Kif xi darba nista’ noqgħod
Ngħix fil-paċi kif nixteiq?

Nibda’ ngħix aħjar għal rasi,
Niġi ’l-hawn jekk niġi bzonn,
Ma mmissx magħkom jew nitħallat
U ma naqla’ qatt bil-ponn.

Alfred Grech

10/09/2016

No comments:

Post a Comment