Friday 12 August 2016




Il-lejla Ġie Jħaddanni

Il-lejla ġie jħaddanni
Il-bogħod ta’ bejni u bejnek,
Għax naf l’għalkemm nitmattar,
Ma nasal qatt sa fejnek.

Il-lejla ġie jifridna
Għaliex m’għadniex flimkien,
Għalhekk in-nuqqas tiegħek
Mhux biss fl-ispazju u żmien.

Int mort lil hinn mix-xefaq,
Fil-baħħ tal-infinit,
Lil hinn minn dik ix-xatba
U ż-żmien sar issa ftit.

Alfred Grech.

12/08/2016

No comments:

Post a Comment