Thursday 11 August 2016




Miniex Jien Wieħed Minnkom.

Miniex jien wieħed minnkom,
U magħhkom ma niġix,
Il-bieb iftħuli beraħ,
Jien minnu ma ngħaddix.

Jekk tiġu lili tfittxu
U hawn ma ssibunix
Tgħarfuni mid-dell tiegħi
’Mma lili tqisunix.

Tgħiduli l-issa waslet,
Nighdilkom, mhux il-ħin,
U nibqa’ dejjem sejjer
Ħabibi ma nafx min.

Jekk nieqaf waħdi naħseb,
Imdendel ma kull ħsieb,
Irrid li min jarani,
Ma jkunx xi ħadd mill-ħbieb.

Bħaż-żmien li ma jridx jgħaddi,
Fil-ġuf tal-infinit,
Il-mewt biss illużżjoni,
Li tiġri ta’ tikwit.

Alfred Grech.

11/08/2016

No comments:

Post a Comment