Saturday 13 August 2016



Mhux Dan Inkun Irrid.

Mhux dan inkun irrid
Li nieħu ħsieb ta’ ħdejja,
U lanqas ħsieb tal-kotra
Għax tibqa’ dik għaddejja.

Għax mhux dan ħlief duħħan
Jissarraf fi kburija.
Li bih il jien jinċensa,
Jimtela’ bil-foħrija.

L-inċens li bih infaħt
L-allat tal-karta pesta,
U dawk ta’ fuq il-mambar
Li bihom jagħmlu festa.

Mhux dan li jien fittixt
Li jkolli pożizzjoni,
Biex nara lil ta’ taħti
Bħal nemel f’purżissjoni.

Alfred Grech

13/08/2016 

No comments:

Post a Comment