Saturday 24 September 2016



Erġajna t-Tnejn Li Aħna.

Erġajna t-tnejn li aħna taħt dis-siġra
Intennu t-tifkiriet ma kull tixjira,
Tal-friegħi mħobbijin bit-toqol tagħna
U lil xulxin nistaqsu bla tweġiba.

U ħsibtni li mill-ġdid f’għajnejk se nara
Id-dawl li kien iddieli kemm il-darba,
Għax m’hemmx li għad minn din l-għanqbuta neħles,
U bla ma naf għaliex trid toħroġ karba..

Bħal min isib li hawn kien drabi oħra,
Għax ħaseb mingħalih li bidel ħajtu,
Riċetta din fil-ktieb tas-salvazzjoni,
U dawl li jiddi ġdid, li qatt ma rajtu.

Bħal min kien jaf minn qabel kif tispiċċa
Dil-ġrajja li rreċtajna f’kemm il-biċċa.

Alfred Grech.

24/09/2016

No comments:

Post a Comment