Sunday 25 September 2016



Hemmhekk Fejn Miexja.

Hemmhekk fejn miexja tħalli
L-impronta ta riġlejk
Fuq xtajta abbandunata
U l-ħmura ta’ ħaddejk.

Hemmhekk fejn drabi oħra
Imxejna ma xulxin
Biex nifhmu aktar sewwa
Id-dieq ta’ dak il-ħin.

Hemmhekk iż-żiffa tmelles
U jgħaddu  minn ġo fik
L-ilwien tas-sensazzjoni
Li tħoss li mhux għalik.

Hemmhekk fejn il-qawsalla
Turina wkoll disinn,
Minn fejn għad nistgħu ngħaddu
Mix-xatba ta' lil hinn.

Alfred Grech

25/09/2016

No comments:

Post a Comment