Monday 7 October 2019




Int Tista’ Tgħinni.

Int tista’ tgħinni nerfa’ dit-tagħbija
Turirni kif u meta ttradixxejt
Int tgħinni nogħla ’l-fuq mill-ogħla sħaba
 U tgħidli wkoll kemm mili nkun imxejt.

Jien nista’ ngħidlek: qed inħossni tajjeb,
U int li tafni sew ħekk tkun ħassejt
Imbagħad intenni nerġa’ l-mistoqsija
Biex għad xi darba nsib fejn stajt fallejt.

Għax hekk inħoss li qed immiss is-sema
U jista jkun ukoll li dan invit,
Inkella nidħak qiegħed bija nnifsi
Dal ħseb minn koħħi jgħaddi ta’ sikwit.

Alfred Grech
07/09/2019

No comments:

Post a Comment