Wednesday 9 October 2019



Image result for troubled soul

Meta Jitħawwdu s-Sensi

Meta jitħawwlu s-sensi fil-ġnien tax-xewqat ħielsa
Taħtafni ħarstek  misruqa biex tgħarraqni
Fil-waqtiet skonsolati lli jfuri bħar-ruġjata
Jew in-nida ta filgħodu qabel ma titla’ x-xemx.
Imbagħad insiru int u jien neħlew daqs l-għasel.
Ħarsetek iġġorr il-ħsibijieti
Bħal fotografu diġitali li ma jirreġistra qatt
Xfafar misnuna li jifirdudak li jien minn xulxini.
Iżda l-ġenn malajr jgħaddi
U nerġa’ għarkubtejja jien quddiemek
Nitolbok biex taħfirli
Bħal meta wiegħġdna kollox lil xulxin.
Jien nista’ ngħaddi subajja
Minn fuq it-tastiera
Iżda kull nota li toħroġ
Tkun stunata.

Alfred Grech
09/10/2019

No comments:

Post a Comment