Monday 7 October 2019



Image result for malta developers association members

Kien il-Baħħ.

Kien il-baħħ għax moħħom kien battal
iserraħ fuq strippi tal-ħadid
biex f’ħoġorhom iżommu
it-tagħsid li bdew isawwbu
kull fejn iddawwar wiċċek.
Insieħ is-sabiħ
insiha s-sengħa
insiha s-simmetrija
u qatgħu linja għad-dritt.

Bdew jittajru qishom friefet
mingħajr ma biss rabbew il-ġwienaħ
ħfief daqs il-friefet biex ħaffew
il-ġirja għall infern
id-dagħbien għal ġol-abbissi
u mill abbissi telgħet ħanqa ta’ħmar
li ma waslet imkien
għax fgata kienent bil-fehmiet it-tajba
fehemiet ħielsa li qabel kien tared wisq
saru leħen fid-deżert
jirbombja l-aforiżmi.
Iżda kien tard wisq
imqar xħin kienu jlissnu
kull twissija
għax ħadd ma refa’ driegħu
biex ikun mal-magħdudin
u dawk li għollew rasħom
kienu kkalpestati.

Alfred Grech
07/10/2019.

No comments:

Post a Comment