Friday 31 January 2020


Image result for all is vanity and chasing after the wind

Għax Issa s-Skiet Inbidel.

Kemm inħossha dil-mewt li ġejja fuqi
Ta’ bruda, dlam ir-ruħ u ħabs il-ħsieb
Minflok ma noqghħod sieket  nikkuntempla
Niżżarġan mal-kurrent tal-baħar li dħalt fih
Fl-arja mniġġsa tal-kliem fieraħ ta’ madwari
U l-ġiri wara r-riħ.

Ir-riħ  jonfoħ kurrenti mxajjtna
Imdawwra mil-qċaċet minxurin
Ta’ dawk li wiċċhom qagħad
U qagħad għal kollox.
U issa noqgħod hawn, waħdi,
Fis-skiet ta’ sema mdellel
Bil-bini tal-konrit.
Għax issa s-skiet ukoll imbidel
M’għadux li kien.

Alfred Grech
31/01/2020

No comments:

Post a Comment