Sunday 19 January 2020

Image may contain: one or more people, people standing, sky, twilight and outdoor


U Tlabtek Ma Titlaqnix.

Lanqas biss ħsibt li dik setgħet kienet
biċċa nasba
inċempillek nistaqsik kif int
għax sadanittant m’għandix xi ngħidlek
inħoss biss it-toqol tad-dwejjaq
u għalhekk xtaqt ma min nitkellem
bit-tama li nistrieħ.

Ċempiltlek u kellimtek
iżda l-baħħ baqa’ fejn kien
it-togħma morra żdiedet
u minn dak li għedna ma fhimt xejn.

Imbagħad staqsejt jekk tridx noħorġu
iżda jien ma nafx x’rrid
għalkemm inti weġibtni “iva”
iżda mbagħad ma morna mkien
għax naf li kien għalxejn
għax naf li kien ħin moħli.

Iżda mbagħad fuq it-tastiera
bdejt intektek u nikklikkja
b-ħeffa li bdiet tlaħħaq  ma dak kollu
li ridt ngħidlek
u għedtlek li mingħajek ma ngħaddix
u għedtlek li għadni nħobbok
u tlabtek ma titlaqnix,

Alfred Greh
19.01.2020

No comments:

Post a Comment