Thursday 23 January 2020



Image result for birds migrating flight .

Titjir.

Imbagħad inkomplu ntiru dit-titjira
Bla kulur u bla viżjoni
Misjuqa  minn ħjut twal li lanqas jidhru
Li fiha ma nafux  fejn sejrin naslu
Iżda xorta ntiru nibqgħu u nogħlew
Għaliex f’din it-titjira migratorja
Hemm il-wens tal-kontra
U għaliex it-tajr l-ieħor
illi magħna qed ipassi
għaddej ipnotizzat minn destin
skedat, kodifikat u pprogrammat .

Imbagħad inkomplu dit-titjira
Travolġenti għax ħaddieħor
 hekk kien jagħmel
biex itenni ta’ kull darba
dat-traġitt minn-naħħa għall-oħra.

Alfred Grech.
23/01/2020.

No comments:

Post a Comment