Monday 6 January 2020


Image result for guilty


U Tridna Niftakruk.

Ħallejtha tikber wisq
l-imbierka ekonomija
ħarbitlek minn idejk
fallejt u għamilt bħal bqija.

Infaħta wisq; splodiet!
Bħal kienet xi bużeiqa
Biex issa m’għandek xejn,
Mur  emmen din il-ħlieqa!

Għamiltha ta’ majjal
U ridt lin-negozjanti
Jsaltu u jaħtfu kollox
Mal-ġemgħa tal-briganti.

U trirdna niftakruk
Li nżilt u tlaqt bl-unuri
Tinkiteb għad l-sitorja
U t-tmiem ikun verjuri.

Alfred Grech
06/01/2020.


No comments:

Post a Comment