Saturday 18 January 2020

Image result for i due appesi
Jien Baħar.

Jien baħar ta’ ħafna burdati
Pedent li jitbandal mal-wiċċ
Skond l-arju li jitla u jiknes
Bil-beraq li jolqot kapriċċ.
Jew kaxxa xewqat illamtati
Li qatt na tinfetaħ ghax tfur
Jien bewsa li qatt ma hassejtha
Ghax f’daqqa tfaqqagħha u tmur.
Jien xkaffa li jiġbor hafn’ghabra
Tal lwien illi jkebbsu kulur
Inqartas fil-karta taz-zokkor
U l-ħlewwa bil-biza li ddur
Jien mieghek imdendel bil-ħabel
Se negherqu fil-bir ta’ bla q-eghh.

Alfred Grech
18/01/2020

No comments:

Post a Comment