Saturday 17 December 2016



Anonima.

Aħjar m’għaraft qatt wiċċek,
U nibqa’ bejn ħaltejn,
Staqsejtek kemm il-darba
’Mma kollu kien għalxejn.

Aħjar ma nkunx naf ismek,
Noħloqlok wieħed jien,
Int tista' tkun hawn qribi,
Jew qiegħeda kullimkien.

Aħjar! Tgħidlix min inti,
Fid-dlam tal-lejl miżmum,
Int tista’ tkun kull waħda
Li nkellem ta’ kulljum.

Ja mara solitarja,
Dak leħnek fin, jirtogħof,
Fanal li qed jistiednek,
Jixgħellek dawl fil-bogħod.

Jekk qed l-imħabba tfittex,
Ta’ min ħalliek u ma,
Int kont li ftaħtlu l-bieba
’L-għasfur li tar u mar.

Jekk għadek qed tistaqsi,
Dan kollu mnejn sa fejn,
Int issa qed tintebaħ
Li kollox kien għalxejn.

Alfred Grech
17/12/2016


















No comments:

Post a Comment