Tuesday 20 December 2016




Milied 2016.

Kont ħsibt qed tistennieni,
Għalhekk ġejt jien malajr,
Kont ħsibt li d-dar se timla’
U nibda nizzik ħajr.

Kont ħsibt li ridt tarani.
Ma domtx  biex indunajt,
Mimlija bik innifsek,
U xtaqt li lura rġajt.

Ġejt hawn biex miegħek naqsam,
Il-ferħ ta’ dan iż-żmien,
Aħjar li ġie ħaddieħor,
Jew seta’ kien min kien.

Kont ħsibt li stajna nimxu
U nkomplu t-tnejn flimkien,
Din mixja li bdejniha,
Minn qabel beda ż-żmien.

Alfred Grech.

20/12/2016

No comments:

Post a Comment