Friday 16 December 2016




Fuq Dawn l-Iskolji Tfarrak il-Jien Tiegħi.

Fuq dawn l-iskolji tfarrak il-jien tiegħi,
Il-bogħod mas-swied il-qalb fl-iskur tax-xefaq,
Il-bogħod mil-baħar ħiemed ta’ dix-xtajta,
Fuq wiċċ il-qtar tad-dmugħ fejn għad jintefaq.

Fil-forġa tal-ħaddied fejn għad jissaffa,
Bħat-tafal li xi darba sar ċaqqufa;
Fid-dlam tal-wied mudlam fejn għadu jberraq,
Biex waħda, waħda jgħaddu s-snin mitufa.

Tħallix imbagħad xi għadma biex igerrem,
Raġuni jsib li jonfoħ daqs bużżieqa,
Ma tridx tħallilu qatt ir-riedni f’idu,
Imfissed daqs tarbija ġewwa n-nieqa.

Għax jista’ jkun ukoll li dit-tnehida,
Tkun skuża bħall-oħrajn biex  jiffjorixxi
Fil-masġar tiegħu stess irawwem drawwa,
Imbagħad ikun għalxejn tirreaġixxi.

Alfred Grech

15/12/2016

No comments:

Post a Comment