Wednesday 21 December 2016




Out. Out, Brief Candle, Life is but a walking shadow.
Shakespear, Macbeth.

Għaliex ilbist dil-libsa,
Ma nafx fejn ser immur?
Sirt issa wieħed minnhom,
U hawn sibt ruħi ndur.

X’se jservi kull ma niġbor?
X’se nieħu bli tagħllimt?
Żgur mhux se jġorru miegħi
Xħin tlaqt, u nkun sellimt!

Tgħiduli, l’ għal ta’ warajja,
Ngħaddih, nafhulhom b’wirt.
Imbagħad xħin  lanqas huma
Ma jafu jien x’fissirt?

U waħda wara l-pħra
Ġenerazzjonijiet
Jintemmu, kollha jgħaddu,
Kullħadd imur fis-skiet.

U hekk millenji jgħaddu,
Jintefa’ kull musbieħ,
Jintfew ukoll il-kwiekeb
U xejn ma jibqa’ sħiħ.

U x’jibqa’ minn dak kollu?
Dak kollu l’hu sabiħ?
Dik kienet ħolma kbira,
M’hemm xejn, hemm biss ir-riħ.

Alfred Grech
21/12/2016


No comments:

Post a Comment