Friday 3 July 2020


Aluminum painting technique / How to draw a dancing girl under ...


154.

Dik kienet piuttura sabiħa. Aktar
Xejn ħlief duħħan, xintilli minn tal-kwiekeb
Is-seħer mhux ħlief li jidwi l-għana tiegħu
U żfint xħin tlajt fuq palk għall-ewwel darba
Imbagħad tiftakar tibqa’ mqar għal għomrok                                                    
Tilqima mnaqqxa leħħa tixgħel kewkba
Ta’ ragħda illi tidwi tibqa’ għal dejjem.
Kont tgħid l-eternita’ f’għajnejk tpetpita
Biex sibtni ’l-fuq mis-sħab intir u nogħola
U xħin is-seħer jitlaq ninżel l-isfel
U nibda’ ngħix mill-ġdid man-nies tad-dinja
Il-lewn tal-wiċċ fi tlugħ ix-xemx u nżulha
F’imħabba li tmur ’l-hemm minn xfar ix-xefaq
Miżien li jrid jinżamm fir-radda tiegħu.

Alfred Grech
03/07/2020

No comments:

Post a Comment