Sunday 26 July 2020


A Happy Death Quotes - MagicalQuote

Int Tgħid.

Int tgħid li trid tferraħni
tagħmilni wkoll kuntent,
bħal meta fuq ferita
iddellek ftit ungwent.

Int tista’  tkun l-iskuża
biex noħroġ minn dal-foss,
tax-xejn tal-eżistenza
mingħajr ma nagħmel ħoss.

Int tgħid li trid tfarraġni
bla naf minn fejn ġejjin
id-dwejjaq li jitwiedu
kurrenti għaddejjin,

Int tista’ tkun it-tila,
il-pinna tal-awtur,
strument ta’ mużiċista,
dettall f’kapolavur.

Alfred Grech
26/07/2020.


No comments:

Post a Comment