Monday 27 July 2020


Lost Love - Home | Facebook

Int Bħal Uragan.

Int bħal uragan,
U jiena rrid niġbor
U nġonġi l-biċċiet li tħalli
Kull xħin tgħaddi.

Il-ward li offrejtlek
Mill-ġnien għammiel tal-qalb
U tax-xewqat imxennqa ta’ ruħ
Li xebgħet tilgħaq il-ġrieħi tagħha.

Jiena ridt nifhmek
Bħal min tisliba jimla bil-kliem li jsejjes
Fuq kull ħjiel li jista’ jislet.

Issa li m’għadekx magħna
Qtilt ukoll u dfint
Dak li kont qiegħda toqtol int
Bil-ftit il-ftit
U għalxejn taqqabtni b’ħarstek l-aħħar darba
Għaliex lura ma nerġgħa.

Ma rridx nibqa’ werżieq iwerżaq
Jekk lanqas għal xhiex niġġieled ma baqgħali.

Alfred Grech
27/072020.

No comments:

Post a Comment