Saturday 25 July 2020


Sisyphe ou le sens de l'absurde


Kemm Se Ddum?

Kemm se ddum, tiela’ u nieżel
Ittenni  ta’ kulljum
Dak li ġonġejt il-bieraħ
U x-xogħol qatt mhu mitmum.

Mid-dar trid tmur l-uffiċċju
U mill-uffiċċju għad-dar
U dejjem ħajja waħda
U ddumx għax il-ħin sar.

Bilfors hekk qalbek taqta’
U tgħid dan hu għalxejn,
Li l-ħajja bla tifsira
U tkompli tgħix għalfejn?

Trid tkun biss ossessjoni,
Jew ta’ min ma jaħsibx,
Ikompli f’dir-rutina
U b’dan la tistagħġibx.

Hemm biss il-ħsieb tal-għada
Min jaf ikunx bħal-lum,
U lill-allat t’olimpu
Tisfida ta’ kulljum.

Hemm biss li tibqa’ konxju
Mhu xejn dan ħlief duħħan,
Għax kollox irid jgħaddi
U xejn ma sar bil-għan.

Hemm biss li tuża moħħok
U fis issir ribell,
Taż-żmien u ċ-ċirkostanzi
U żieda fuq munġbell.

Alfred Grech
25/07/2020

No comments:

Post a Comment