Monday 6 July 2020


Diagnosis of Amnesia

Hekk Nagħmel.

Hekk nagħmel jien nitlaq u nħallikom
Taħt it-tiġrif imtaqqal imtaqqla bin-nida ta’ filgħodu
Għax ma narax aktar nebħ
Ħlief dak tal-imwarrab li jħoss li hu l-barrani
Fin-nixi tal-ħin ineżorabbli.
Dawn il-kurrenti skontrużi ma jagħmlu ebda sens
Fi ħdan xtajta minsija fejn tistkenn mis-sussulti
U d-dwejjaq  tat-trufijiet li ma tarax.
Għasfur tal-passa bqajt li jaqsam l-oċean
Bil-ħsaibijiet li jinfdu dijademi mingajr irjus
Għaliex fejn qiegħed m’ghandix sabar
Iżda l-art li fuqha mmidd riġlejja
Ma tidher għad imkien inkella bla ma naf
Għaddejtha.
Għax dina wkoll hi amnesija
Jew għana tal-poeta li jinsa.

Alfred Grech
06/07/2020.

No comments:

Post a Comment