Tuesday 21 July 2020


Blonde Walking Away - 2d photo - face me | 3D Warehouse

U Issa Naf.

U issa naf ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr taħbit il-mewġ ma xatt il-baħar,
Jew tqanqiliet l-għasfur tal-bejt filgħodu
Iħabbar sbieħ il-jum, mal-ħġieġ tat-tieqa.

U issa naf ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr il-melodija li daqqejtli,
Jew l-għana seduċenti tas-sireni
Kull xħin ix-xema taqa’ minn widnejja.

Li ma nafx hu, jekk jien ngħaddix fil-ħemda
Taċ-ċelular li tilef issa n-numru
Tiegħek, inkella l-ħsejjes tat-takkuna
Xħin titlaq ’l-hemm mingħajr ma tlissen kelma.

Alfred Grech
21/07/2020.


No comments:

Post a Comment