Tuesday 28 July 2020


Passage Beyond

Bħal Vjaġġ Fuq Ajruplan.

Ikun bħal min isib ruħu
Fuq naviċella spazjali
Il-mogħdija għan-naħħa l-oħra.

Ma tafx kif tħossok xħin tibda tintrefa
U tirbaħ il-qawwa
Tal-gravita’.

Inkella t-tmien għad jasal
Bla ma tintebaħ.

Ikun bħal vjaġġ fuq l-ajruplan
Għall ewwel darba:
Ma tafx x’se ssib,
Ma tafx x’ser tagħmel
Xħin tasal in-naħħa l-oħra.

Tkun taf biss xħin tkun tintrefa’
Inkella jkun it-tmien.
L-aqwa li taf x’qed jiġri.

Alfred Grech
28/07/2020.



No comments:

Post a Comment