Thursday 2 July 2020


Hades y Persefone en la barca de Caronte | Mythology art, Dark ...

Taħt L-Art.

Jien nista’ nqatta’ xitwa kwarantina,
U tibda tara l-ħolm xħin fiss f’għajnejja
Tħares. Jien nibqa’ ngħid li nħobbok bl-għama
U nerġa’ nqum mill-mewt f’nofs ir-rebbiegħa.

Int tibqa’ bħalhom tħoss li kont assenti
U nżilt fid-dlamijiet ilsir ta’ Ħades;
U mbagtħad tarani ntir u nrabbi l-ġwienaħ:
Taħsibni qalbi sewda għaliex imġarrab,

U taf li dak li tlift għad trid issibu.

Alfred Grech.
02/07/2020.

No comments:

Post a Comment