Friday 29 July 2016



Hawn Għadni.

Hawn għadni, mintix tara,
Hawn għadni fuq din l-art,
Niġġieled ma min jiġi
Nitmiegħek ġo l-iskart.


Hawn għadni, hawn niġġerra,
Fejn qabel iġġerrejt
Fit-toroq tal-irħula,
Imm’issa nħossni għajjejt.

Inħoss li f’din  il-gżira
Din l-art li naf tassew,
Titbiegħed qegħeda minni
Ma ħbiebi li ntesew.

U baqa’ jien f’dir-roqgħa
Imdewda bid-dubbien
Intenni litanija
Ta’ dak li seta’ kien.

Alfred Grech
07/08/2015

No comments:

Post a Comment