Thursday 14 July 2016




Li Għad Immut u Xejn ma Jibqa’.

Li għad immut u xejn ma jibqa’,
Lili dal-ħsieb qed idejjaqni,
L-imħabba wkoll għad tisparixxi,
Iifisser dan, li ż-żmien seraqni.

Serbut ta’ nemel fuq bankina,
Kulħadd bil-pass u r-ritmu tiegħu,
Kulħadd mifxul fi trieqtu miexi,
U dan hu kollox li jġorr miegħu.

U miexi jien u miexi magħhom,
U bħalhom sfajt fuq xatt ir-ramla,
Ninkines bħalhom, nibqa’ sejjer,
Ma kull kurrent, minġarr mill-ħamla.

Alfred Grech.
14/07/2016


No comments:

Post a Comment