Saturday 30 July 2016



Stennejtek.

Jien lilek stennejtek
Fuq l-irdum tat-tqanqiliet,
Fil-bogħod li bdejt inkejjel
Bejn dak li xtaqt u dak li seta’ kien
Bejn qabza’u oħra ta’ kull waqt
Kif hekk ħassejtniu drabi oħra..

Jien stennejtek
Fuq qċaċet il-mewġiet li  b’ritmu għami
Bdew jisfidaw il-ġebel għoli
Ta’ dak li jien kont naf iddekretat minn qabel.
U jien ma kelli ebda għażla
Ħlief ngħix dil-ħajja wisq ugwali
Bit-tama li dix-xitwa tgħaddi
U tgħaddi malajr.

Jien ġrejt warajk
Tul is-sqaqien ta’ swied il-qalb
Tul il-wesgħat ta’ delużjoni
Ta’ dak li kont qed twegħedni
Li ma kiern xejn għajr maltempata
Li għada għaddejja.

U issa li r-rebbiegħa ma tfattxatx
U t-tieni miġja tiegħek għada mbegħeda,
Tgħid għad ikun il-baħħ
Ta’ meta nkun fi ħdanet li jsalvani?

Stennejtek, u fuq li stennejtek.

Alfred Grech
30/07/2016


No comments:

Post a Comment