Saturday 23 July 2016



Tfittxija.

U dit-tiftixa kollha
Xi darba għad turina
Is-sejba li m’hawnx bħala
Għal dak li qed jifnina.

Infittxu bla ma nafu
Infittxu bla ma nsibu
Infittxu, inkomplu nfittxu
Nitilfu  dak li nġibu.

Ħajjitna kollha nfittxu
Mingħajr ma biss mifhmuha
Dil-ħajja bla ma nafu
Xi darb’għad nitilfugħa.

Infittxu, nkompli nfittxu,
F’kull post li fih fittxejna
Quddiemna u manka nilmħuha,
Hemm kienet qabel ġejna.

Alfred Grech
23/07/2016


No comments:

Post a Comment