Friday 15 July 2016



Hawnhekk.

Hawnhekk jintilef kollox
Ukoll il-ħars battal ta’ min iddejjaq

Jintilef il-kliem żejjed
L-għażliet bla gost ta’ xejn

Hawnhekk jintilef kollox
F’dan l-ispazju ta’ sema mimli
Kwiekeb u qamar kwinta

Jintilfu wkoll ix-xefaq
U l-barrieri ta’ bejnietna

Hawnhekk stajt nagħmel qabża
U ma jilqagħni xejn u ħadd
Għajr l-infinit.

Alfred Grech

15/07/20126

No comments:

Post a Comment