Monday 18 July 2016



Jien Nibqa’ Nistenniek.

Min jista’ jisfurzak?
Għalkemm jien hawn nistenna,
Int waħdek trid issib,
It-triq minn hawn għal ġenna.

Jien nibqa’ nistenniek
Sa jibda jagħmel bija
In-nagħas u dlam il-lejl,
U norqod daqs tarbija.


Ħadd minna m’għadu jaf
Il-forom li għad tieħu,
U f’xiex tinbidel għad
Bl-ilwien li għad jisbieħu.

Jonqosni noqgħod hawn
Hawnhekk ngħix ġo din-niċċa
Sakemm tħabbatli l-bieb
U s-seħer dlonk jispiċċa.

Inrabbi par ġwenħajn
U nfassal direzzjoni,
Għax nilmaħ dawl fil-bogħod
U nrabbi wkoll viżjoni.

U wara nkun hekk tlaqt
Fil-baxx tal-apparenza,
Il-fdal li nkun insejt
U l-qxur tat-trasparenza.

Alfred Grech
18/07/23016


No comments:

Post a Comment