Sunday 15 October 2017



Imm’Issa Kien Tard Wisq.

Bqajna noħolmu l-ħolma alluċinanti
għax mingħalina sew qiegħedin jagħllmuna
f’das-simulakru antik  li fih rabbewna
u bajna sejrin hekk, għax hekk għallmuna
li tagħna tajjeb biss u m’hemm xejn aktar,
U bqajna sejrin hekk, hekk mingħalina,
u waqt li ż-mien għaddej serraħna moħħna.
Biex issa qiegħedin hawn u qed nistaqsu,
setgħax mod ieħor kien: hemm qċaċet ġodda
u aktarx li ‘l hinn miċ-ċpar hemm xefaq ieħor
Imm’issa kien tard wisq, tard wisq stenbaħna.

Alfred Grech

15/10/1027

No comments:

Post a Comment