Monday 16 October 2017



Imxejna Nofs It-Triq.

Imxejna nofs it-triq imbagħad infridna;
U jien terraqt s’hawnhekk biex nista’ nara
Fl-imgħoddi hemm i-żmien mingħajr il-ġrajja,
U l-ġrajja kienet żmien mingħajr l-imgħoddi.

Erġajt ħarist fil-mera u nara ’l-wiċċek,
U rġajt tennejtlek dak li konna nafu.
Erġajt sirt il-ħabib ta’ min hu waħdu,
Għaliex min jisgħar jisma’ lilu nnifsu.

Alfred Grech

16/10/2017

No comments:

Post a Comment