Sunday 15 October 2017



U l-Ġirja Bdiet Minn Fejn.

Il-mewġ iġorrok lura
fil-biża tal-mument,
fid-dlam li jieħu s-sura,
tinġar ma kull kurrent.

Fil-baħar tas-silenzju,
għax inti wild is-skiet,
kull xbiegħa tista’ tidher
fil-ġrajja li għaddiet.

Qed terġa’ tieħu postok
fuq tron li sar għalik
biex tieħu kull ma jmissek
mingħajr ma nistaqsik.

Jekk tieqaf ftit tintebaħ
li ħafna ġrejt għalxejn,
fil-fatt hawnhekk kont għadek
u l-ġirja bdiet minn fejn?

Alfred Grech

15/10/2017

No comments:

Post a Comment