Monday 2 October 2017





Għalik.
Imqar għalik li trid il-kwiekeb tniżżel
U f’moħħok hemm il-lejl u l-għera t’għada.
Għalik li tqum filgħodu tilbes, toħroġ,
Mingħajr ma tara wiċċek ġewwa l-mera,
Dal-ħsieb, din l-għanja, talba ġdida
Li għandha minn tar-riħ għax fir-riħ twieldet.
Għalik li nżilt fit-toroq iffullati,
Tan-nugrufun, tal-kaos tal-vetturi,
Tal-krejnijiet, tal-ħsejjes u tal-bini,
Tad-dokumentazzjoni diġitali.
Li għandi nbgħidlek jista’ xejn ma jfisser
Stratifkat fil-maniupulazzjoni,
Strutturi u ħafna metodi li jxekklu
Ir-ruħ tal-bniedem ħieles kif jitwieled.
Għalik ukoll qed nikteb dawn il-versi
Nagħtik minn dak li jiena lanqas għandi.

Alfred Grech
02/010/2017


No comments:

Post a Comment