Monday 23 October 2017


U qiegħed Hawn Nagħnni Magħkom

Ejjew issa intom ilabbara tal-ispalti elevati
Intom l-għorrief tal-ħsibijiet imċajjpra
li tridu tagħllmu ’l-min hu ġwejjed,
għallmuħ lil-popli stordut ta’ dawn il-gżejjer
imbellaħ mill-aħbar u l-ħsejjes ta’ min issa m’għadux magħna,
megħedi kif inhu f’din l-orġja tal-akkużi jifflaġella lilu nnifsu.
Għaliex il-passi ta’ min telaq u mar
jidwu aktar mis-sajjetti li jaħbtu fil-bnazzi.
Ejjew issa intom ukoll, avultuni ta’ raskom imqaxxra
li sehemkom tagħmlu festa mid-diżgrazzja ta’ ħaddieħor
għallmuna kif l-assenza hija aqwa minn tir li jinfed il qalb
li s-skiet fil-ħemda tiegħu
jtarrax  aktar mit-tinwieħa tas-sireni.

Intom li tridu tagħallmu x’inhu l-ħelsien
u x’għandna nagħmlu sabiex nagħaddu mill-eżami.
Intom li teżaltaw fuq demm il-martri
u tirkbu l-mewġ tal-baħħ u tad-duħħan
biex dejjem jista’ jseħħ l-apolkalissi,
Issa li s-sriep u xjaten qegħdin fostna
issa jiena wkoll iddakkart  mill-insoleza tagħkom
u qiegħed nagħnni magħkom

Alfred Grech

23/10/2017

No comments:

Post a Comment