Tuesday 3 October 2017



Xħin Jerġa’ Jitla’ l-Ajru.

Xħin jerġa’ jitla’ l-ajru,
Fis-sħab tas-sentimenti,
Il-patali tal-warda,
Mar-rwiefen u l-kurrenti.

Tas-sewwa li jixxokkja.
Tal-qalb li tħabbat qawwi,
Lumija qed tingħasar
U l-ħafna krib tal-gawwi.

Kellimtni fuq l-imħabba
Infxilt u tlift ir-radda,
Mal-melħ fid-dmugħ iġelben,
U t-tbajja fuq l-imħadda.

Hu dakl li tridu qribek
Li jixbaħ l-akbar għadu,
Bħal pixxiplamtu jirgħa,
Għax hemm min qed jistagħdu.

Xħin jerġa’ jitla’ l-ajru,
l-riwiefen ta’ ġo fija
Tintasab fuq il-plajja,
U terġa tmur mal-bqija.


03/10/2017

No comments:

Post a Comment