Saturday 28 October 2017



Taħsibni Oġġett Tax-Xewqat Tiegħek.
Taħsibni oġġett tax-xewqat tiegħek
bħalkieku nistenniek biex issejjaħli-qaltli-  
jien ġejt biex nistordik, mhux biex inserrħek
inkella biex nogħollik fl-istratosfera,u nerġa nniżżlek fl-art
sabiex tiltaqa’ ma dan id-demiurgu assurd ta’ bla tifsila.
Jien niġi  xħin irrid u xħin jogħġobni
mhux biex tidrani u taħseb
li sirt is-sieħba tiegħek.
Int tibqa’ hawnhekk tistenna l-leħħa tiegħi
fid-dlam ta’ sema skur u mingħajr kwiekeb,
u jiena niġi  ħdejk xħin ma tkunx tista’
inkella xħin ma tkunx qed tistennieni:
kull xħin tkun tfittex int is-sensazzjoni
ta’ kull mara evenaxxenti.
Jekk niġi ta’ kull jum arak tidrani
u nidħlu ġewwa ċ-ċirku tar-rutina,
dak li kull darba tgħid li tridni nkisser
kull xħin inħoll il-qafla li ħaddieħor ikun rabat,
imbagħad, imbagħad ix-xejn u l-baħħ,
deżolazzjoni.

Alfred Grech
28/20/2017


No comments:

Post a Comment